Trasport bil-baħar
Press Release 27 OCTOBER 2020: 15:20Trasport bil-Baħar
Transport Malta tinnota d-deċiżjoni meħuda mill- PCRB (Public Contracts Review Board) fir-rigward tas-servizz ta passiġġieri bil-baħar skedat minn u lejn numru ta destinazzjonijiet li tinkludi Għawdex, kif ukoll Marsaxlokk, Ta Xbiex, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan u l-Belt Valletta.
L-Awtorità sodisfatta mill-fatt li kif l-istess PCRB ikkonferma, li tali servizz jagħmel sens ikun fkonċessjoni kummerċjali u mhux Public Service Obligation. Bdan il-mod, il-Gvern ma joħroġx sussidju lill-Operatur ġaladarba huwa kummerċjalment vijabbli kif kien diġà magħruf mill-istudju mħejji mill-Ekonomisti E-Cubed li ħadmu fisem l-Awtorità fuq din is-sejħa. In konsegwenza ta dan, il-PCRB irrikonoxxiet il-fatt li tali konċessjoni tirrikjedi esklussività tal-operatur fuq dawn ir-rotot.
Fuq kollox il-PCRB ikkonfermat kif il-kriterji u s-sistema ta evalwazzjoni li ppubblikat l-Awtorità kienu ġusti u xierqa.
Il-PCRB jgħid ukoll kif mhemm ebda ksur ta State Aid meta l-Awtorità tiżviluppa u tagħti l-infrastruttura sabiex minnha jaħdem l-Operatur li jirbaħ il-konċessjoni.
Għaldaqstant Transport Malta timpenja ruħha li taħdem fuq ir-rakkomandazzjonijiet li ta l-istess Bord, fosthom il-perjodu tal-konċessjoni ma jkunx iżjed minn 12-il sena u iżjed dettalji fuq rotot, skeda u dettalji tekniċi.
L-impenn tal-Awtorità jibqa xprunat mill-konvinzjoni li fpajjiżna nkomplu nsaħħu t-trasport bil-baħar, li hija alternattiva fattibbli għal dik tal-użu tal-karozza privata minn u lejn numru ta destinazzjonijiet fpajjiżna, inkluż Għawdex.