Risposta għall-Istqarrija tal-Oppożizzjoni
28 JANUARY 2025:Transport Malta tirrifjuta kull akkuża ta diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema tal-Awtorità u tikkonferma li qed timxi mal-liġijiet kollha fdak li għandu xjaqsam ma kundizzjonijiet talimpjieg. Tirrifjuta bl-iktar mod bsaħħtu kull akkuża li qed tinkiser il-liġi ta equal work for equal pay anzi tikkonferma li dan il-prinċipju qed jiġi osservat fkull ċirkostanza.
Fl-2024 Transport Malta kkonkludiet ftehimiet kollettivi li saħħew ħafna l-kundizzjonijiet talħaddiema, kif ukoll id-dritt li kulħadd jiġi stmat indaqs fi ħdan l-Awtorità. Dan huwa rifless ukoll fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi tal-ħaddiema tal-kuntratturi.
Huwa ċar illi l-kelliema mhumiex infurmati bir-riformi li qed isiru nkluż fil-mod kif iseħħu interviews interni u esterni sabiex nassiguraw ugwaljanza fil-mod kif iseħħu promozzjonijiet kif ukoll impjiegi ġodda mal-Awtorità.
L-Awtorità ma tidħolx fi kwistjonijiet partiġġjani, anzi hija sfortuna li tispiċċa suġġett ta konferenza stampa partiġġjana li titkellem fuq issues li mhumiex veritieri.