Press release 171221
Press Release 17 DECEMBER 2021:Press release 171221
Stqarrija għall-Istampa
17 ta Diċembru 2021
Transport Malta tikkonferma illi hija ddefendiet il-pożizzjoni tagħha fkawża mibdja fl-Iskozja relatata mal-inċident li kien seħħ fl-2018 u li kien jinvolvi open top bus.
Fdin il-kawża mibdija inizzjalment kontra d-ditta assikurattiva Mapfre (li kienet id-ditta li assigurat l-operat tal-operatur tal-open top bus in kwistjoni) Transport Malta ġiet imsejħa sabiex twieġeb hi wkoll għad-danni relatati ma dan l-inċident.
Transport Malta dejjem insistiet illi l-Awtorità mhi responsabbli għal ebda danni relatati ma dan l-inċident, u dan fil-fatt ġie kkonfermat mir-riżultanzi ta inkjesta maġisterjali dwar dan l-inċident.
Fdan il-każ, Transport Malta ddefendiet ruħha wkoll fis-sens illi l-kawża kontra tagħha ma setgħetx tistema mill-Qrati Skoċċiżi.
Il-Qorti Skoċċiża tat raġun lil Transport Malta u konsegwentament ordnat it-twaqqif tal-kawża kontra Transport Malta, bdan illi l-kawża għad-danni issa ser titkompla kontra d-ditta tal-assikurazzjoni.
END