Stqarrija konġunta bejn Transport Malta u SportMalta
Press Release 19 FEBRUARY 2022: Ftehim bejn l-entitaijiet kollha fuq il-MaratonaStqarrija konġunta bejn Transport Malta u SportMalta
Ftehim bejn l-entitaijiet kollha fuq il-Maratona
Fil-laqgħa tat-Traffic Management Committee li nżammet nhar il-Ħamis 17 ta Frar 2022 ġewwa l-Awtorita tat-Trasport kien hemm diskussjoni sħiħa fuq ir-rotta tal-Maratona. Din ikkunsidrat kemm il-proposta mis-Sur Joe Micallef u anke r-rotta emendata proposta minn Transport Malta.
Il-membri iddiskutew il-proposti tar-rotot u qablu unanimament li r-rotta proposta minn Transport Malta kienet sigura, toħloq l-inqas inkonvenjent, ma tħarbatx it-trasport pubbliku u hija aċċettabbli għall-atleti.
Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti il-Pulizija, l-Emerġenza ta Mater Dei, l-Awtorità tat-Turiżmu, rappreżentanti tal-Malta Chamber for SMEs, rappreżentanti mill-Business Community tal-inħawi ta San Ġiljan u tas-Sliema, il-LESA, Uffiċjali tat-Trasport Pubbliku, Protezzjoni Ċivili, Kummissjoni għad-drittijiet ta Persuni bDiżabilita, Infrastructure Malta u minn direttorati differenti mill-Awtorita tat-Trasport.
Ilbieraħ is-Sur Micallef aċċetta li jkun parti mit-tim organizattiv u li s-servizzi li diġà ordna jkunu jistgħu jintużaw għall-attività.