Espressjoni ta Interess għal operaturi ta trasport li jridu joffru servizz fBlue Lagoon.
23 FEBRUARY 2025:Transport Malta qegħda tippubblika Espressjoni Ta Interess (EOI) għal operaturi tattrasport kummerċjali li matul l-2025 huma interessati joffru s-servizzi tagħhom fiż-żona ta Blue Lagoon fKemmuna.
Dan qed isir bħala parti mill-isforzi tal-Awtorità biex l-operaturi fiż-żona ta Blue Lagoon fKemmuna jkunu regolati mis-sajf 2025.
L-operaturi kummerċjali għandhom jiddikjaraw l-interess tagħhom billi jissottomettu linformazzjoni mitluba fuq formula online li se tkun aċċessibbli minn nhar l-Erbgħa 26 ta Frar 2025 fuq il-website uffiċjali ta Transport Malta.
Id-dokumentazzjoni rikjesta trid tintbagħat sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 21 ta Marzu 2025.
Operaturi tat-trasport kummerċjali li ma jkunux konformi ma dak mitlub mill-Awtorità mhux ser jitħallew jagħtu s-servizzi tagħhom fi Blue Lagoon fKemmuna.