Deċiżjoni tal-Qorti - WT Global Limited
4 FEBRUARY 2025:Transport Malta tinnota d-deċiżjoni temporanja tal-Qorti dwar il-każ WT Global Limited vs L-Awtorità Għat-Trasport fMalta.
Tinnota wkoll li l-Qorti ma ħadet l-ebda deċiżjoni fuq il-mertu dwar dikjarazzjonijiet foloz, relatati mal-operat tiegħu fir-rigward tal-permess għall-garaxx PSG.
Transport Malta ser tibqa soda biex tara li l-liġijiet jiġu osservati minn kulħadd fis-settur tal-vetturi Y-Plates, fost l-oħrajn.
Filfatt fl-aħħar jiem, l-Awtorità kompliet bl-infurzar tagħha sabiex jiġu osservati r-regolamenti minn dan is-settur.