Allegazzjonijiet dwar għoti ta’ rmiġġi f’Għawdex
15 DECEMBER 2024:Transport Malta qed issegwi b’attenzjoni l-allegazzjonijiet li saru fuq il-mezzi tax-xandir u t-talba għal inkjesta maġisterjali relatata mal-għoti ta’ rmiġġi f’Għawdex.
L-Awtorità tikkonferma li, f’każ li ssir tali inkjesta, ser tkun qed tikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu stabbiliti l-fatti dwar dawn l-allegazzjonijiet.