Aktar inċentivi minn Transport Malta għal soluzzjonijiet ta trasport aktar ambjentalment sostenibbli.
4 APRIL 2025:Transport Malta, bkollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi, tniedi mill-ġdid inċentivi finanzjarji mfassla biex jippromwovu għażliet ta trasport aktar ambjentali u sostenibbli.
L-applikazzjonijiet għal dawn l-inċentivi huma miftuħa għas-sidien eliġibbli kollha tal-vetturi u jistgħu jinkisbu mill-uffiċini ta Transport Malta fil-Marsa jew Ħal-Lija jew onlajn permezz tal-website uffiċjali tal-Awtorità: www.transport.gov.mt
Dawn l-għotjiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali, għandhom l-għan li jservu bħala mezz ta inkoraġġiment biex iżjed nies jagħżlu vetturi eko-effiċjenti fkonformità mal-impenn tal-gvern għal futur sostenibbli.
L-għotjiet jippromwovu aktar il-mobilità elettrika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport tat-triq permezz ta dawn l-inizjattivi:
- 1. Ix-xiri ta vetturi elettriċi użati;
- 2. Ix-xiri ta kick scooters elettriċi ġodda minn individwi;
- 3. Ix-xiri ta vetturi aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti biex jintużaw bħala taxis jew vetturi Y-plate;
- 4. L-użu tal-LPG bħala fjuwil li jissostitwixxi l-petrol jew id-diżil; u
- 5. It-tagħmir ta apparat li jnaqqas l-emissjonijiet:
- Pannelli fotovoltajċi fuq vetturi heavy-duty u trailers biex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-emissjoni tad-Dijossidu tal-Karbonju (CO2); u
- Sistemi ta propulsjoni elettrika tal-batterija fuq vetturi bil-mutur biex jiġu eliminati l-emissjonijiet mit-tailpipe.
Permezz ta dawn l-inizjattivi u oħrajn maħruġa fl-aħħar ġimgħat, Transport Malta tibqa kommessa li tkompli tippromovi iżjed prattiċi sostenibbli fid-dinja tat-trasport.
Aktar informazzjoni dwar l-inċentivi imsemmija:
Inċentiv Nru 1
Skema ta Għotjiet Finanzjarji, inkluża Skema tal-Iskrappjar, għax-xiri ta Vetturi Elettriċi użati fil-Kategorija L, M1 u N1, għal individwi, Kunsilli Lokali, organizzazzjonijiet volontarji, u impriżi.
Skema ta għotja finanzjarja bgħan li li tippromwovi aktar l-użu ta vetturi elettriċi użati fil-Kategorija L (muturi, triċikli u kwadriċikli), M1 (karozzi) u N1 (vannijiet), u l-konverżjoni tar-roti fpedelecs. L-iskema għandha l-għan li tnaqqas in-numru ta vetturi bil-mutur konvenzjonali eqdem mit-triq permezz ta skema ta skrappjar maħsuba biex tipprovdi aktar appoġġ finanzjarju lill-applikanti li, waqt li jixtru u jirreġistraw vettura elettrika użata, ineħħu r-reġistrazzjoni ta vettura tal-kategorija L, M1 jew N1 li tkun aktar minn 10 snin mis-sena tal-manifattura tagħha.
L-ammonti tal-għotja li għandhom jitħallsu għal kull vettura elettrika użata fil-kategorija M1 u N1 mixtrija, huma suġġetti għall-kriterji ta eliġibilità stipulati fid-dokument tal-iskema, huma elenkati hawn taħt:
L-ammonti tal-għotja li għandhom jitħallsu meta vettura tal-Kategorija L, M1 jew N1 tiġi eliminata flimkien ma għotja għax-xiri ta vetturi elettriċi użati, huma elenkati hawn taħt.
* Il-vettura trid tkun ġiet irreġistrata Għawdex kontinwament bejn il-11 ta Ottubru 2021 u d-data tat-tmiem tagħha.
Inċentiv Nru. 2
Skema ta Għotja għax-xiri ta kick scooters elettriċi ġodda minn individwi.
Għotja finanzjarja għax-xiri ta e-kickscooters minn individwi għall-użu personali, li tippromwovi għażla ta trasport aktar attiva u ambjentalment sostenibbli. Taħt din l-iskema tapplika għotja ta darba ta 150.
Inċentiv Nru. 3
Għotja Finanzjarja fuq xiri ta Vetturi Aċċessibbli għas-Siġġu tar-Roti biex jintużaw għat-Trasport ta Passiġġieri għall-Kiri jew Premju bħala Taxis jew vetturi Y-Plate.
Għotja finanzjarja għall-liċenzjar ta vetturi ġodda aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti biex jintużaw għat-trasport ta passiġġieri għall-kiri jew premium u taxis sabiex persuni li jagħmlu użu mis-siġġijiet tar-roti jkollhom aċċess aktar faċli għal dawn is-servizzi tat-trasport. Sidien ta taxis jew Light Passenger Transport Operators jistgħu japplikaw u jirċievu għotja li tammonta għal 10,000 meta jagħtu liċenzja ta vettura ġdida tal-Kategorija M1 li tkun aċċessibbli għas-siġġu tar-roti biex tintuża taħt kwalunkwe waħda minn dawn il-liċenzji, u fl-istess ħin ineħħi r-reġistrazzjoni ta vettura fil-Kategorija M1 jew N1 li għandha mill-inqas għaxar (10) snin ta manifattura tagħha.
Inċentiv Nru. 4
Għotja Finanzjarja biex tippromwovi l-LPG bħala fjuwil alternattiv għall-vetturi minflok petrol jew diesel.
Skema bil-għan li jiġi nkoraġġiet l-użu tal-LPG bħala fjuwil alternattiv għal vetturi li jaħdmu bil-petrol jew id-diżil - miżura tal-baġit immirata biex tnaqqas aktar emissjonijiet mit-trasport tat-triq. Japplikaw l-ammonti ta għotja li ġejjin:
- 400 meta vettura tal-Kategorija M1 jew N1 (karozza tal-passiġġieri jew vann) li taħdem bil-petrol tiġi mgħammra biex topera bl-LPG jew bil-petrol;
- 900 meta vettura tal-Kategorija M1 jew N1 li taħdem bid-diesel tiġi mgħammra biex topera fuq LPG u diesel fl-istess ħin;
- 1,000 meta vettura tal-Kategorija M2 jew N2 li taħdem bid-diesel tiġi mgħammra biex topera fuq LPG u diesel fl-istess ħin;
- 1,500 meta vettura tal-Kategorija M3 jew N3 li taħdem bid-diesel tiġi mgħammra biex topera fuq LPG u diesel fl-istess ħin.
Inċentiv Nru. 5
Għotja finanzjarja għall-promozzjoni tat-Tgħamir ta Apparat għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet:
(a) Installazzjoni ta Pannelli Fotovoltajċi Approvati fuq vetturi heavy-duty u karrijiet.
Din l-iskema ta għotjiet għandha tinċentiva lis-sidien ta vetturi heavy-duty, bħal karozzi tal-linja, kowċis, minibuses, trakkijiet u trejlers biex inaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjoni tad-Dijossidu tal-Karbonju (CO2) mill-vetturi bil-mutur tagħhom permezz tal-installazzjoni ta pannelli fotovoltajċi approvati. Din hija miżura oħra tal-baġit favur l-ambjent immirata biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet mit-traffiku fit-toroq.
L-ammont tal-għotja għall-installazzjoni ta pannelli fotovoltajċi approvati għandu jkun ugwali għal 80% tal-ispejjeż tal-investiment meħtieġa, iżda ma jaqbiżx il-limiti murija fit-tabella hawn taħt:
(b) Tagħmir ta sistemi ta propulsjoni elettrika tal-batterija approvati fuq vetturi bil-mutur.
Din l-iskema ta għotjiet għandha tinċentiva lis-sidien ta vetturi bil-mutur tad-diżil u tal-petrol biex jeliminaw l-emissjonijiet mit-tailpipe tal-vetturi bil-mutur tagħhom permezz tat-tagħmir ta sistemi ta propulsjoni elettrika tal-batterija. Ammont ta għotja ugwali għal 80% ta l-ispejjeż ta investiment meħtieġa għat-tagħmir ta ta sistemi ta propulsjoni elettrika tal-batterija għandu jinħareġ lis-sidien reġistrati. L-ammont tal-għotja mgħandux jaqbeż 20,000 fil-każ ta vetturi tal-Kategorija M1 u N1, 40,000 fil-każ ta vetturi tal-Kategorija M2 u N2, u 80,000 fil-każ ta vetturi tal-Kategorija M3 u N3.