Linji Gwida - Trasferiment ta' Proprjeta'
LINJI GWIDA DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA TRASFERIMENT TA PROPRJETÀ TA PLEASURE YACHTS JEW BASTIMENTI TAS-SAJD REĠISTRATI TAĦT L-ATT DWAR IL-BASTIMENTI MERKANTILI (REĠISTRAZZJONI VALLETTA), REĠISTRATI FISEM INDIVIDWI LI QED JIĠU TRASFERITI LIL TERZI ELIĠIBBLI GĦAR-REĠISTRAZZJONI
- Iċċekja li l-ħlasijiet ta kull sena (kemm dawk dwar ir-reġistrazzjoni tal-bastiment kif ukoll ta liċenzjar tal-apparat tar-radju (fejn japplika)) huma mħallsa kif suppost. Ir-reġistrazzjoni tat-trasferiment tal-bastiment ma tistax isseħħ qabel ma l-ammont dovut jitħallas.
- Iċċekkja jekk ma hemmx xi ipoteka navali jew xi piżijiet oħra reġistrati fir-reġistru tal-yacht/bastiment tas-sajd. Dan jista jiġi vverifikat permezz ta spezzjoni tar-reġistru tal-bastiment partikolari fid-Direttorat tal-Merchant Shipping ġewwa Transport Malta, fil-Marsa.
- Fil-każ ta bastiment tas-sajd, Liċenzja tas-Sajd fisem ix-xerrej/min qiegħed jakkwista jew ittra maħruġa mid-Dipartiment tas-Sajd ta Malta tikkonferma li x-xerrej ser tinħariġlu Liċenzja tas-Sajd għandha tiġi ppreżentata qabel ir-reġistrazzjoni tat-trasferiment.
- Il-Formola Bill of Sale fforma Individwali jew Body Corporate għandha tiġi ppreżentata. Huwa importanti li l-formola tal-Bill of Sale tkun kollha mimlija kif suppost, iffirmata mill-bejjiegħ/min qiegħed jittrasferixxi, fil-preżenza ta xhud kif mitlub mill-formola. Fdawk il-każijiet fejn l-bejjiegħ/min qiegħed jittrasferixxi huwa miżżewweġ jew fUnjoni Ċivili, l-Bill of Sale għandu jiġi ffirmat ukoll mill- konjuġi/il-parti l-oħra. Fil-każijiet l-oħra, id-Dikjarazzjoni tal-Istat Ċivili kompluta għandha tiġi ppreżentata.
- Il-Formola Declaration of Ownership fforma Individwali jew Body Corporate, skond il-każ, għandha tiġi ffirmata minn min qiegħed jakkwista fl-uffiċini ta Transport Malta, il-Marsa jew quddiem Kummissarju bsetgħa li jagħti ġurament jew Uffiċjal Konsulari ta Malta. Fil-każ taakkwist minn individwi, il-Karta ta l-Identità jew il-Passaport, u dokumentazzjoni ta residenza fejn applikabbli, għandhom jiġu ppreżentati. Fil-każ ta akkwist minn entità, l-istatut tal-entità għandu jiġi ppreżentat flimkien ma dokumentazzjoni li turi li l-firmatarju huwa awtorizzat jiffirma fisem l-entità.
- Talba għat-tibdil fl-isem tal-bastiment (jekk ikun il-każ) għandha tiġi ffirmata minn min qiegħed jakkwista. L-aċċetazzjoni tal-isem hija soġġetta għall-approvazzjoni tad-Direttorat.
- Iċ-Ċertifikat tar-Reġistru u ċĊertifikati l-oħra ta Tiġdid tar-Reġistrazzjoni jekk ikun il-każ, għandhom jiġu rritornati.
- L-ammont ta 250 għar-reġistrazzjoni ta trasferiment tal-proprjetà ghandu jitħallas.
Trasferiment ta proprjetà ta bastiment għandu jiġi rreġistrat fid-Direttorat tal-Merchant Shipping tal-Awtorità għat-Trasport fMalta, Hal-Lija waqt il-ħinjiet tal-uffiċju, mit-Tnejn sal-Ġimgħa (minbarra Festi Nazzjonali u Pubbliċi) mit-08:00 ta filgħodu sal-11:45 u minn 12:30 sal-16:00 ta wara nofsinhar.
Din il-lista għandha sservi ta Gwida. Għandu jingħad ukoll li fċirkustanzi partikolari jistgħu jintalbu dokumenti oħra jew kjarifiċi, skond il-każ.
Fkaż ta diffikultà jew ħtieġa ta aktar informazzjoni jew kjarifiċi, l-pubbliku huwa mitlub li jikkuntattja d-Direttorat tal-Merchant Shipping qabel ma jitlob ir-reġistrazzjoni ta trasferiment ta pleasure yacht jew bastiment tas-sajd.
Transport Malta
Merchant Shipping Directorate
Malta Transport Centre
Hal Lija LJA 2021
Malta
Tel: +356 21250360
Fax: +356 21241460
Email: mershipmalta.tm@transport.gov.mt